Dwar il-Club
Il-football f'Haz-Zebbug beda fl-1933 meta xi dilettanti ghaqdu iz-Zebbug Meteors u hadu sehem f'kompetizzjoni tal-M.F.A. pero dan it-team spicca hesrem wara biss sentejn (ghalkemm kienu jintlaghbu xi friendlies kontra l-irhula vicin tas-Siggiewi u Hal-Qormi, fejn kienet tispikka pika qawwija).
Kollox intemm fl-1939 meta faqqet il-gwerra,pero fl-1943 id-delettanti tal-football zebbugin regghu ghaqdu team iehor li din id-darba semmewh Zebbug Rangers Football Club. L-ewwel post ta' dan il-club kien il-Coronation Club biswit il-knisja basilika tad-duluri. Iz-Zebbug Rangers bdew jiehdu sehem fil-kompetizzjonijiet kollha tal-M.F.A,u ghamlu isem kbir fil-ground ta' Pace Grasso (li dak iz-zmien kien imsejjah Schrieber Ground) fejn il-protagonisti principali kienu Marsa F.C, Little Rainbows (Tarxien)u Zejtun Corinthians.
Zebbug Rangers hargu rebbieha diversi drabi fuq dawn l-avversarji principali, u kemm il-darba konna nirbhu is-section tat-tielet divisjoni.Gejna promossi tlett darbiet fi-tieni divisjoni. Gejna promossi darbtejn ghall -ewwel divisjoni u fl-1988 tlajna ghal-ewwel darba fil-premier taht il-president Joe Baldacchino. Fi zmien tas- sittijiniet kellna it-tmexxija tas-Sur Paul Borg li ghamel bosta gid ghall klabb taghna. Konna ukoll taht it-tmexxija ta’ Dr Gavin Gulia li serva ukoll bhala president li mexa fuq il-passi tal-papa’ tieghu li kien mexxa ukoll il-klabb taghna.
Fil-1997 twaqqaf il-progett ta ground synthetic li b'hidma tal-kumitat immexxi dak iz-zmien mill- president Dr Gavin Gulia u bil-hidma tal-Kunsill Lokali imexxi mis- Sindku Dr Godfrey Farrugia il-holma saret realta.
L-ewwel final mirbuha tan- knock out tas-2nd u 3rd division kienet fil-1986/87 u wara li tlajna diversi finals l-ahhar wahda li hadna kienet fl-2000/2001 fejn irbahna knockout trophy wara li ghelibna lit-team ta Victorosa Stars bl-iskor ta' 4-1.
Issa it-tmexxija qiegheda f'idejn il-president Joe Pace li illu ghal dawn l-ahhar 3 snin u li fl-ewwel sena tat- tmexxija tieghu stagun 07/08 gejna prommosi mill-ewwel fit-tieni divisjoni u fl'istagun 08/09 kif ukoll 09/10 zammejna postna fit-tieni divisjoni. Nawguraw lil kumitat habrieki u lit-team kollu li jkollna stagun tajjeb bhal ma kellna fl-imghoddi.
